21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/33
Appell ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2015 minn Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-28 ta’ April 2015 fil-Kawża T-169/12, Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-345/15 P)
(2015/C 311/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK), Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) (rappreżentanti: B. Evtimov, avukat, D. O’Keeffe, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Euroalliages
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;
—
tiddeċiedi b’mod definittiv il-kawża jekk l-istadju tal-proċeduri jkun jippermettih;
—
sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal kunsiderazzjoni mill-ġdid;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż;
—
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni fl-evalwazzjoni tagħha tal-motivi tagħhom kif ġej:
—
fl-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali żbaljat fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (1) (ir-“Regolament bażiku anti-dumping”) u żbaljat fl-evalwazzjoni legali tagħha meta ċaħdet l-argument fl-ewwel istanza li l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku anti-dumping u r-riferiment tiegħu għall-Artikolu 2 tal-istess regolament jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw marġni ta’ dumping fir-reviżjoni interim ta’ dumping, u b’hekk kisret ukoll il-prinċipji legali ta’ amministrazzjoni tajba, trasparenza u ċertezza legali;
—
fit-tieni aggravju tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-Qorti Ġenerali żbaljat fl-interpretazzjoni tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha fil-Kawża T-143/06 MTZ Polyfilms vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).
Full & Egal Universal Law Academy