3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Lulju 2015 – Stadt Wiener Neustadt
(Kawża C-348/15)
(2015/C 363/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti fuq punti ta’ liġi: Stadt Wiener Neustadt
Parti interessata: A.S.A. Abfall Service AG
Awtorità konvenuta: Niederösterreichische Landesregierung
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2011/92/UE (1), tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, b’mod partikolari l-Artikolu 1(4) tagħha jew id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (2), tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, b’mod partikolari l-Artikolu 1(5) tagħha, jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-proġetti suġġetti għal obbligu ta’ evalwazzjoni tal-effetti ambjentali, iżda li ma kellhomx awtorizzazzjoni skont il-liġi nazzjonali dwar l-evalwazzjoni tal-effetti ambjentali (UVP-G 2000), iżda unikament awtorizzazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ liġijiet settorjali differenti, li, fid-19 ta’ Awwissu 2009 (data tad-dħul fis-seħħ tal-verżjoni l-ġdida tal-UVP-G 2009), minħabba skadenza tal-perijodu ta’ tliet snin previst fid-dritt nazzjonali (Artikolu 6(3) tal-UVP-G 2000) ma setgħux iktar jiġu ddikjarati nulli, huma kkunsidrati bħala awtorizzati skont il-UVP-G 2000 jew tali regola hija konformi mal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni?
(1) ĠU 2012 L 26, p. 1.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248.
Full & Egal Universal Law Academy