14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Castellón (Spanja) fl-10 ta’ Lulju 2015 – Banco Popular Español S.A. vs Elena Lucaciu u Cristian Laurentiu Lucaciu
(Kawża C-349/15)
(2015/C 302/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Castellón
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Banco Popular Español S.A.
Konvenuti: Elena Lucaciu u Cristian Laurentiu Lucaciu
Domandi preliminari
1)
Il-limitazzjoni ratione temporis tal-effetti tan-nullità ta’ klawżola ddikjarata nulla minħabba li din il-klawżola tirriżulta li hija abbużiva hija kompatibbli mal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1)?
2)
Fil-każ li l-imsemmija limitazzjoni tal-effetti titqies li hija kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b’mod speċifiku mal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, b’bona fide tal-oqsma involuti u r-riskju ta’ tħarbit gravi:
a)
X’inhu mfisser bi tħarbit gravi li jiġġustifikaw il-limitazzjoni tal-effetti?
b)
Għandu jiġi debitament ipprovat ir-riskju ta’ tħarbit gravi fil-kawża ġudizzjarja inkwistjoni jew, bil-kontra, tista’ titqies suffiċjenti l-evalwazzjoni ġenerali mill-qorti tal-imsemmi riskju, mingħajr informazzjoni konkreta sabiex din tiġi ssostanzjata?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
Full & Egal Universal Law Academy