14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Bari (l-Italja) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Leonmobili Srl, Gennaro Leone vs Homag Holzbearbeitungssysteme GmbH et
(Kawża C-353/15)
(2015/C 302/30)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte di Appello di Bari
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Leonmobili Srl, Gennaro Leone
Konvenuti: Homag Holzbearbeitungssysteme GmbH, Curatela del Fallimento Leonmobili Srl, ICO Srl, Arturo Salice SpA, Grafiche Ricciarelli di Ricciarelli Bernardino, Deutsche Bank SpA, Fida Srl, Elica SpA.
Domandi preliminari
1)
Fl-assenza ta’ stabbilimenti li jinsabu fi Stat Membru ieħor, il-preżunzjoni msemmija fl-aħħar parti tal-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 (1), tista’ tiġi kkonfutata meta l-parti tikkontesta l-ġurisdizzjoni, billi tipproduċi l-prova li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali jinsab fi Stat differenti minn dak tas-sede tal-kumpannija?
2)
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, il-prova tista’ tirriżulta minn preżunzjoni oħra, jiġifieri mill-evalwazzjoni ta’ indizji li minnhom jista’ jiġi loġikament konkluż li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali jinsab fi Stat Membru ieħor?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).
Full & Egal Universal Law Academy