19.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/5
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija
(Kawża C-366/15)
(2015/C 346/05)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sanfrutos Cano, L. Nicolae, aġenti)
Konvenuta: Ir-Rumanija
Talbiet
—
tikkonstata li, peress li ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u r-regoli kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/28/UE, tas-17 ta’ Mejju 2013 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (1) jew, f’kull każ, peress li ma kkomunikatx dawn il-miżuri lill-Kummissjoni, ir-Rumanija naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Rumanija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sistema legali interna skada fit-22 ta’ Awwissu 2013.
(1) ĠU L 135, p. 14.
Full & Egal Universal Law Academy