26.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 354/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberste Gerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Lulju 2015 – BAWAG PSK Bank für Arbeit und Wirtschaft und Österreichische Postsparkasse AG vs Verein für Konsumenteninformation
(Kawża C-375/15)
(2015/C 354/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: BAWAG PSK Bank für Arbeit und Wirtschaft und Österreichische Postsparkasse AG
Konvenuta: Verein für Konsumenteninformation
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 41(1) moqri mal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2007/64/KE (1) dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (Direttiva dwar is-servizzi ta’ ħlas) għandhom jiġu interpretati fis-sens li informazzjoni (f’forma elettronika), li tintbagħat mill-bank fil-kaxxa tal-posta elettronika tal-klijent fil-kuntest ta’ servizzi bankarji online (e-banking), sabiex il-kljient ikun jista’ jkollu aċċess għaliha permezz ta’ klikk wara li kien konness mas-sit tal-internet tal-e-banking, hija kkomunikata lill-klijent fuq medium dewwiemi?
2)
Jekk id-domanda 1 tingħata risposta negattiva:
L-Artikolu 41(1) moqri mal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva dwar is-servizzi ta’ ħlas għandhom jiġu intepretati fis-sens li, f’każ bħal dan:
(a)
l-informazzjoni hija bla dubju magħmula disponibbli mill-bank fuq medium dewwiemi, iżda din ma hijiex ikkomunikata lill-klijent, iżda hija biss magħmula aċċessibbli lil dan tal-aħħar, jew
(b)
din hija unikament kwistjoni ta’ informazzjoni magħmula aċċessibbli mingħajr użu ta’ medium dewwiemi?
(1) Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy