16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/12
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 minn Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ April 2015 fil-Kawżi magħqudaT-558/12 u T-559/12 – Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-376/15 P u C-377/15 P)
(2015/C 381/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd (rappreżentanti: R. Antonini, avukat, E. Monard, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI)
Talbiet
1)
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi magħquda T-558/12 u T-559/12 Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;
2)
tilqa’ t-talbiet tal-appellanti sostnuti fir-rikors tagħhom ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali u tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1), sa fejn jikkonċerna lill-appellanti;
3)
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll għall-ispejjeż tal-appellanti;
4)
tikkundanna lill-intervenjenti għal-ispejjeż rispettivi tagħhom.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-kunċett ta’ “transizzjonijiet [paragunabbli] kollha ta’ l-esportazzjoni” u r-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet ikkonċernati, wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat l-Artikoli 2(10) u 2(11) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2), kif ukoll l-Artikoli 2.4 u 2.4.2 tal-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, u imponiet oneru ta’ prova mhux raġonevoli fuq l-appellanti.
L-appellanti jsostnu sussegwentement li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 2(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea kif ukoll l-Artikolu 2.4 tal-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal- Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, li ma weġbitx għal ċerti argumenti tal-appellanti u li wettqet żball ta’ liġi meta evalwat l-obbligu ta’ motivazzjoni bbażat fuq l-Artikolu 296 TFUE.
(1) ĠU L 275, p. 1.
(2) ĠU L 343, p. 51.
Full & Egal Universal Law Academy