12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-16 ta’ Lulju 2015 – Association France Nature Environnement vs Premier ministre, Ministre de l’écologie, du développement durable et de l'énergie
(Kawża C-379/15)
(2015/C 337/06)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Association France Nature Environnement
Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’écologie, du développement durable et de l'énergie
Domandi preliminari
1)
Qorti nazzjonali, li teżerċita l-ġurisdizzjoni ġenerali tagħha taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea, għandha tressaq, fi kwalunkwe każ, talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex din tevalwa jekk hemmx lok li d-dispożizzjonijiet meqjusa li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni jinżammu fis-seħħ provviżorjament?
2)
F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din l-ewwel domanda, id-deċiżjoni li tista’ tittieħed mill-Conseil d’État li jżomm fis-seħħ sal-1 ta’ Jannar 2016 l-effetti tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tad-Digriet tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar l-evalwazzjoni ta’ ċerti pjanijiet u dokumenti li għandhom impatt fuq l-ambjent li huwa jqis li huma illegali tkun iġġustifikata, b’mod partikolari, permezz ta’ kunsiderazzjoni imperattiva marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent?
Full & Egal Universal Law Academy