26.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 354/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Baleares (Spanja) fis-16 ta’ Lulju 2015 – Francisca Garzón Ramos u José Javier Ramos Martín vs Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A. u Intercotrans S.L.
(Kawża C-380/15)
(2015/C 354/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Balears
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Francisca Garzón Ramos u José Javier Ramos Martín
Konvenut: Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A. u Intercotrans S.L.
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 698(1) tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili Spanjol, sa fejn jipprekludi, f’kull każ, lill-qorti adita b’rikors normali għall-annullament ta’ titolu eżekuttiv milli tissospendi provviżorjament il-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja bbażata fuq dan l-istess titolu li huwa meqjus null, huwa konformi mal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1)?
2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija li d-dispożizzjoni tad-dritt Spanjol hija inkompatibbli mal-Artikolu [47] tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari dik stabbilita fis-sentenza Sánchez Morcillo u Abril García (C-169/14) (2) tista’, għalhekk, tiġi trasposta għall-kawża preżenti?
(1) ĠU 2000 C 364, p. 1.
(2) EU:C:2014:2099.
Full & Egal Universal Law Academy