21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/42
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-389/15)
(2015/C 311/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, J. Guillem Carrau, B. Hartmann, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2015 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar Ftehim ta’ Lisbona rrevedut dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi fir-rigward ta’ suġġetti koperti mill-kompetenza tal-Unjoni Ewropea;
—
iżżomm fis-seħħ l-effetti tad-deċiżjoni kkontestata, fejn xieraq, sad-dħul fis-seħħ, fi żmien raġonevoli mill-għoti ta’ sentenza f’din il-kawża, ta’ deċiżjoni ġdida li għandha tiġi adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 218(3), (4) u (8) TFUE;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
L-ewwel motiv: Id-deċiżjoni kkontestata tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ kompetenza tal-Istati Membri, bi ksur tal-Artikolu 3 TFUE, peress li n-negozjati jikkonċernaw ftehim li jaqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.
It-tieni motiv: Ksur tal-Artikoli 207(3) u 218(3), (4) u (8) TFUE peress li l-Kunsill innomina lill-Istati Membri bħala “negozjaturi”, f’qasam li jaqa’ fil-kompetenza tal-UE, u ma adottax id-deċiżjoni kkontestata konformement mal-maġġoranza applikabbli.
Full & Egal Universal Law Academy