21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/43
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2015 minn John Dalli mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fit-12 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-562/12, John Dalli vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-394/15 P)
(2015/C 311/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: John Dalli (rappreżentanti: L. Levi and S. Rodrigues, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara l-appell tiegħu ammissibbli;
—
tannulla s-sentenza appellata;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkumpensa d-dannu b’ammont ta’ EUR 1 simboliku fir-rigward tad-dannu morali u, provviżorjament, b’ammont ta’ EUR 1 9 13 396 fir-rigward tad-dannu materjali;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellanti jinvoka:
—
l-ewwel aggravju, li jallega li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet ultra petita billi biddlet is-suġġett tat-tilwima;
—
it-tieni aggravju, li jallega nuqqas ta’ motivazzjoni;
—
it-tielet aggravju, li jallega difett proċedurali li jippreġudika l-interessi tal-appellant, inklużi d-drittijiet tad-difiża tiegħu;
—
ir-raba’ aggravju, li jinvoka diversi distorsjonijiet ta’ fatti u ta’ provi; u
—
il-ħames aggravju, li jikkontesta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mill-Qorti Ġenerali.
Full & Egal Universal Law Academy