7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/13
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2015 minn Vichy Catalán, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-25 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-302/15 – Vichy Catalán vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) – Hijos de Rivera (Fuente Estrella)
(Kawża C-399/15)
(2015/C 406/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Vichy Catalán, S.A. (rappreżentant: R. Bercovitz Álvarez, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Hijos de Rivera (Fuente Estrella)
Talbiet
—
tannulla d-digriet appellat, u tissostitwih b’deċiżjoni li tiddikjara l-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors ppreżentat mill-mandanti tagħna fil-Kawża T-302/15 quddiem il-Qorti Ġenerali;
—
tikkundanna għall-ispejjeż ta’ dan l-appell kull parti li tidher sabiex tiddefendi d-digriet appellat.
Aggravji u argumenti prinċipali
1)
Aggravju bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (ma hemmx preklużjoni ladarba tiġi stabbilita l-eżistenza tal-każ fortuwitu jew tal-forza maġġuri), f’żewġ punti:
a)
id-digriet ingħata mingħajr ma ta lill-mandant tagħna ż-żmien materjali li jistabbilixxi l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri li wasslet għal dewmien sabiex tintbagħat il-kopja stampata tar-rikors;
b)
fil-fatt, f’din il-kawża, seħħ każ fortuwitu.
2)
Aggravju bbażat fuq l-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura.
3)
Aggravju ibbażat fuq l-applikazzjoni retroattiva, bi preġudizzju għall-appellanti, ta’ dispożizzjonijiet ġodda tar-Regoli tal-Proċedura li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2015, għal sitwazzjonijiet li kellhom jiġu suġġetti għar-Regoli tal-Proċedura preċedenti.
Full & Egal Universal Law Academy