12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-24 ta’ Lulju 2015 – Petya Milkova vs Izpalnitelen direktor na Agentsiata za privatizatsia i sledprivatizatsionen kontrol
(Kawża C-406/15)
(2015/C 337/09)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Petya Milkova
Konvenuta: Izpalnitelen direktor na Agentsiata za privatizatsia i sledprivatizatsionen kontrol (Aġenzija ta’ privatizzazzjoni u ta’ verifika ta’ wara l-privatizzazzjoni)
Parti oħra fil-proċedura: Varhovna administrativna prokuratura
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbilità, jipprekludi leġiżlazzjoni li permezz tagħha l-Istati Membri jistabbilixxu protezzjoni speċjali ex ante f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà, mingħajr madankollu tkopri lill-uffiċjali li għandhom l-istess diżabbiltà?
2)
L-Artikolu 4 u d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1), tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, jippermettu li tiġi adottata regola nazzjonali li tagħti protezzjoni speċjali ex ante f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà, mingħajr madankollu tkopri lill-uffiċjali li għandhom l-istess diżabbiltà?
3)
L-Artikolu 7 tal-imsemmija Direttiva 2000/78 jippermetti li tiġi stabbilita protezzjoni speċjali ex ante f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà, mingħajr madankollu tkopri lill-uffiċjali li għandhom l-istess diżabbiltà?
4)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tielet domandi: fid-dawl tal-fatti u taċ-ċirkustanzi f’dan il-każ, huwa neċessarju sabiex jiġu osservati d-dispożizzjonijiet internazzjonali u Komunitarji, li l-protezzjoni speċjali ex ante f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà, stabbilita mil-leġiżlatur nazzjonali, tkun applikata wkoll għall-uffiċjali li għandhom l-istess diżabbiltà?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.
Full & Egal Universal Law Academy