19.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Lulju 2015 – Selena România SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) București
(Kawża C-416/15)
(2015/C 346/08)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Selena România SRL
Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) București
Intervenjenti: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Galați
Domandi preliminari
1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013 (1) [li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le] għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għall-importazzjonijiet minn residenti tal-Unjoni Ewropea mit-Tajwan qabel is-17/01/2013, jiġifieri fl-2012, iżda wara l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 (2) [li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina]?
2)
Id-dazju anti-dumping definittiv, speċifikat fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013, għandu japplika wkoll għall-importazzjoni minn residenti tal-Unjoni Ewropea mit-Tajwan matul il-perijodu qabel is-17 ta’ Jannar 2013 u qabel id-data tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 437/2012 (3) [li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ evażjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li jintbagħtu mit-Tajwan u t-Tajlandja, sew jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja u sew jekk le, u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni] iżda wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011?
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013, tal-10 ta’ Jannar 2013, li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le (ĠU L 11, p. 1).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 [li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 204, p. 1).
(3) • Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 437/2012, tat-23 ta’ Mejju 2012, li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ evażjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li jintbagħtu mit-Tajwan u t-Tajlandja, sew jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja u sew jekk le, u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni (ĠU L 134, p. 12).
Full & Egal Universal Law Academy