3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien (l-Awstrija) fid-29 ta’ Lulju 2015 – Wolfgang Schmidt vs Christiane Schmidt
(Kawża C-417/15)
(2015/C 363/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Wolfgang Schmidt
Konvenuta: Christiane Schmidt
Domanda preliminari
Tilwima li għandha bħala suġġett l-annullament ta’ kuntratt ta’ donazzjoni minħabba l-inkapaċità ġuridika tad-donatur u l-iskrizzjoni tat-tħassir tad-dritt għall-proprjetà tad-donatur taqa’ taħt id-dispożizzjoni prevista fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012 (1), li tipprevedi ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem?
(1) Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy