19.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Lulju 2015 – Thomas Philipps GmbH & Co. KG vs Grüne Welle Vertriebs GmbH
(Kawża C-419/15)
(2015/C 346/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Thomas Philipps GmbH & Co. KG
Konvenuta: Grüne Welle Vertriebs GmbH
Domandi preliminari
1)
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (1), tipprekludi lill-pussessur ta’ liċenzja, li ma jkunx irreġistrat fir-Reġistru tad-disinni Komunitarji, milli jressaq proċedimenti ta’ vjolazzjoni ta’ disinn Komunitarju rreġistrat?
2)
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva: il-pussessur ta’ liċenza esklużiva fuq disinn Komunitarju jista’ jressaq huwa stess, bil-kunsens tal-pussessur tad-dritt, proċedimenti sabiex jikseb kumpens għad-dannu mġarrab minnu stess, fis-sens tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji, jew dan il-pussessur jista’ biss jintervjeni fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni ta’ disinn Komunitarju mressqa mill-pussessur tad-dritt fis-sens tal-Artikolu 32(4) tal-istess regolament?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142.
Full & Egal Universal Law Academy