28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Lulju 2015 – Nils-Johannes Kratzer vs R+V Allgemeine Versicherung AG
(Kawża C-423/15)
(2015/C 320/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Nils-Johannes Kratzer
Konvenuta: R+V Allgemeine Versicherung AG
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) u l-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna tfittex “aċċess għall-impjieg jew xogħol”, meta kif jirriżulta mill-applikazzjoni tagħha, mhux qed tfittex reklutaġġ u impjieg, iżda sempliċement status bħala applikant, sabiex tkun tista’ tressaq talba għal kumpens?
2)
Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda:
Tista’ sitwazzjoni, li fiha l-istatus bħala applikant inkiseb mhux għal għanijiet ta’ reklutaġġ u ta’ impijeg, iżda bl-għan li ssir talba għal kumpens, titqies bħala abbuż ta’ dritt skont id-dritt tal-Unjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.
(2) ĠU L 204, p. 23.
Full & Egal Universal Law Academy