12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/10
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Awissu 2015 minn Diputación Foral de Bizkaia mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-19 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-397/12, Diputación Foral de Bizkaia vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-426/15 P)
(2015/C 337/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Diputación Foral de Bizkaia (rappreżentant: I. Sáenz-Cortabarría Fernández, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza appellata.
—
tilqa’ r-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju: Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE (obbligu ta’ notifika minn qabel) u, b’mod partikolari, tal-kliem “tiġi mogħtija” fl-imsemmija dispożizzjoni b’rabta mal-kelma “mogħtija” li tinsab fl-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Qorti Ġenerali tikkonferma d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (Artikolu 2 tad-deċiżjoni appellata) (1) fis-sens li l-għajnuna nnotifikata prevista fil-ftehimiet hija illegali, inkwantu ngħatat fil-15 ta’ Diċembru 2006 bi ksur tal-obbligu ta’ notifika minn qabel. Żball ta’ liġi billi l-Qorti Ġenerali ma applikatx il-prinċipju ta’ dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat li jgħid li kull evalwazzjoni sabiex jiġi ddeterminat il-mument meta għajnuna mill-Istat titqies li “tiġi mogħtija” għandha ssir fid-dawl tal-ordinament ġuridiku nazzjonali applikabbli għall-każ li jkun qed jiġi eżaminat. Żball ta’ liġi billi l-Qorti Ġenerali applikat b’mod indebitu l-kunċett ta’ “għajnuna kontra l-liġi” stabbilit fl-Artikolu 1(f) tar-Regolament Nru 659/1999 (2). Ksur tal-prinċipju ta’ legalità.
It-tieni aggravju: Żball ta’ liġi billi l-Qorti Ġenerali kkorroborat l-eżistenza ta’ “għajnuna kontra l-liġi” fil-Ftehim dwar l-artijiet, abbażi tal-istabbiliment ta’ terminu ta’ tnax-il xahar. Żball ta’ liġi billi l-Qorti Ġenerali b’mod indebitu ma applikatx il-prinċipju ta’ dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat li jgħid li kull evalwazzjoni sabiex jiġi ddeterminat il-mument meta l-għajnuna mill-Istat titqies li “tiġi mogħtija” għandha ssir fid-dawl tal-ordinament ġuridiku nazzjonali applikabbli għall-każ li jkun qed jiġi eżaminat.
It-tielet aggravju: Żball ta’ liġi billi l-Qorti Ġenerali ma evalwatx il-fatt li, meta adottat id-deċiżjoni appellata, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba. Żball ta’ liġi billi l-Qorti Ġenerali ma kkonstatatx il-ksur tad-drittijiet u tal-garanziji proċedurali li jappartjenu lid-Diputación fil-kapaċità tagħha bħala parti interessata fil-kawża taħt l-Artikolu 108(2) TFUE. Żball ta’ liġi billi l-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod impliċitu li l-ittra tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2010 tissodisfa suffiċjentement ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-imsemmi prinċipju ġenerali. Żnaturalment tal-provi essenzjali. Ksur tad-dritt fundamentali għal smigħ xieraq. Impossibbiltà li parti tiddefendi ruħha.
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4194 finali, tas-27 ta’ Ġunju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28356 (C 37/2009) (ex N 226/2009).
(2) Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).
Full & Egal Universal Law Academy