30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Bremen (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Awwissu 2015 – Madaus GmbH vs Hauptzollamt Bremen
(Kawża C-441/15)
(2015/C 398/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Bremen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Madaus GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Bremen
Domanda preliminari
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [...], kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012, tad-9 ta’ Ottubru 2012, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, għandha tiġi interpretata fis-sens li materjal mhux ipproċessat bl-isem “DESTAB Calcium Carbonate 90SE Ultra 250” għall-finijiet tal-manifattura ta’ pilloli tal-kalċju fil-forma ta’ pilloli sempliċi, pilloli li jinħallu fl-ilma u pilloli li jintmagħdu, kompost minn karbonat tal-kalċju ta’ kostituzzjoni kimika ddefinita fil-forma ta’ trab u, sabiex tiġi ffaċilitata l-manifattura ta’ pilloli, minn lamtu mmodifikat, b’livell ta’ lamtu – kif stabbilit skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2010, tad-9 ta’ Frar 2010, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 900/2008 li jistabbilixxi l-metodi tal-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ ċertu merkanzija li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli – inferjuri, fit-toqol, għal 5 %, għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 3824 9097 990?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012, tad-9 ta’ Ottubru 2012, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 304, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy