23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (Ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Awwissu 2015 – Ivo Muladi vs Krajský úřad Moravskoslezského kraje
(Kawża C-447/15)
(2015/C 389/16)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Krajský soud v Ostravě
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ivo Muladi
Konvenuta: Krajský úřad Moravskoslezského kraje
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/59/KE (1) jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kundizzjonijiet oħra għall-eżenzjoni tal-obbligu ta’ klassifikazzjoni inizjali tax-xufiera ta’ ċerti vetturi tat-triq użati għat-trasport tal-merkanzija jew tal-persuni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Volum 7, p. 441.
Full & Egal Universal Law Academy