16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Autorità Garante della Concorrenza e del mercato vs Italsempione – Spedizioni Internazionali SpA
(Kawża C-450/15)
(2015/C 381/20)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Autorità Garante della Concorrenza e del mercato
Konvenuta: Italsempione – Spedizioni Internazionali SpA
Domanda preliminari
Il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li għandu jkun ta’ gwida fil-proċess ta’ kwantifikazzjoni tal-pieni – kif jistabbilixxi l-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – jipprekludi interpretazzjoni tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (1), bħal dik stabbilita mill-Kummissjoni fil-Linji gwida tagħha għall-kalkolu tal-multi (2006/C 210/02), u l-implementazzjoni tagħha b’mod partikolari fuq livell nazzjonali – liema interpretazzjoni tipprevedi li l-multa li għandha tiġi imposta fuq l-impriżi li jkunu kisru l-projbizzjoni ta’ akkordji li jirrestrinġu l-kompetizzjoni għandha tiġi kkalkolata billi ċ-ċirkustanzi [attenwanti jew aggravanti] jiġu applikati għall-ammont bażiku li jirriżulta minn diversi fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-UE u, f’kull każ, qabel it-tnaqqis ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ, bir-riskju li l-applikazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti għall-ammont bażiku tirriżulta totalment inadegwata sabiex tipproduċi l-effett ta’ individwalità tal-multa li ċ-ċirkustanzi [attenwanti jew aggravanti] huma intiżi, għall-kuntrarju, li jipproduċu permezz tal-modulazzjoni tal-ammont tal-multa skont il-karatteristiċi speċifiċi tal-każ konkret?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
Full & Egal Universal Law Academy