23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessische Landesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Jürgen Webb-Sämann vs Christopher Seagon (amministratur tal-proċedura ta’ insolvenza ta’ Baumarkt Praktiker DIY GmbH)
(Kawża C-454/15)
(2015/C 389/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Hessische Landesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jürgen Webb-Sämann
Konvenut: Christopher Seagon (amministratur tal-proċedura ta’ insolvenza ta’ Baumarkt Praktiker DIY GmbH)
Domanda preliminari
Interpretazzjoni nazzjonali li tipprevedi li djun salarjali dovuti, li ġew fdati lill-persuna li timpjega sabiex jinżammu għandu bil-għan li jitħallsu f’data stabbilita fi fond ta’ rtirar, iżda li ma tħallsux minn dan tal-aħħar f’kont separat sabiex b’hekk tali djun huma esklużi mid-dritt ta’ separazzjoni mill-massa tal-falliment previst fl-Artikolu 47 tar-regolament dwar l-insolvenza (Insolvenzordnung), tikser id-dispożizzjoni tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 94/2008/KE (1) jew id-dritt tal-Unjoni?
(1) Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU L 283, p. 36).
Full & Egal Universal Law Academy