26.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 354/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2015 – Proċeduri kriminali kontra K. B.
(Kawża C-458/15)
(2015/C 354/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Saarbrücken
Parti fil-kawża prinċipali
K. B.
Domanda preliminari
L-inklużjoni tal-Liberation Tigers of Tamil Eelam fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), għall-perijodu bejn il-11 ta’ Awwissu 2007 u s-27 ta’ Novembru 2009 (iż-żewġ dati inklużi), li tirriżulta b’mod partikolari mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2007 (2007/445/KE) (2), tal-20 ta’ Diċembru 2007 (2007/868/KE) (3), tal-15 ta’ Lulju 2008 (2008/583/KE) (4), tas-26 ta’ Jannar 2009 (2009/62/KE (5), u mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 501/2009 tal-15 ta’ Ġunju 2009 (6) hija illegali?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 207.
(2) ĠU L 169, p. 58.
(3) ĠU L 340, p. 100.
(4) ĠU L 188, p. 21.
(5) ĠU L 23, p. 25.
(6) ĠU L 151, p. 14.
Full & Egal Universal Law Academy