16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fil-31 ta’ Awwissu 2015 – Verners Pudāns
(Kawża C-462/15)
(2015/C 381/21)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verners Pudāns
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Domanda preliminari
L-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 ĠU 2009 (1) li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ diretti għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti, fil-prinċipju, Stat Membru li japplika t-taxxa fuq id-dħul għal pagamenti taħt l-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament?
(1) ĠU 2009 L 30, p. 16.
Full & Egal Universal Law Academy