30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Settembru 2015 – Lufthansa Cargo AG vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu
(Kawża C-470/15)
(2015/C 398/22)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lufthansa Cargo AG
Konvenut: Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu
Domandi preliminari
1)
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1)(ċ)(ii) tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (ĠU 2007 L 134) għandha tiġi interpretata fis-sens li tagħti dritt suffiċjenti lit-trasportatur tal-ajru Komunitarju ta’ Stat Membru A, għall-merkanzija mgħobbija f’pajjiż terz, li jħott din il-merkanzija fi Stat Membru ieħor B wara waqfa fl-Istati Uniti fejn il-merkanzija ma tkunx inħattet, mingħajr ma jkollhom jiġu applikati l-ftehimiet bilaterali bejn l-Istat Membru B u pajjiż terz?
2)
Trasportatur tal-ajru Komunitarju jista’ jiddeduċi drittijiet mill-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Stati Membri li ma jkunux dak fejn dan it-trasportatur ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu?
3)
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 193) jipprekludi li jiġi rikjest, inter alia, li t-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu fi Stat Membru A jkun stazzjona fi Stat Membru B parti mill-flotta tiegħu, li tikkonsisti f’tal-inqas żewġ ajruplani [minn din il-flotta], sabiex jiġi evalwat jekk il-kriterju ta’ stabbiliment previst fl-Artikolu 49 TFUE u żviluppat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja huwiex issodisfatt?
Full & Egal Universal Law Academy