7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bezirksgericht Linz (l-Awstrija) fis-7 ta’ Settembru 2015 – Peter Schotthöfer & Florian Steiner GbR vs Eugen Adelsmayr
(Kawża C-473/15)
(2015/C 406/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bezirksgericht Linz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Peter Schotthöfer & Florian Steiner GbR
Konvenut: Eugen Adelsmayr
Domandi preliminari
1)
Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni stabbilit fl-Artikolu 18 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jkun stabbilixxa, fl-ordinament ġuridiku tiegħu, dispożizzjoni bħall-Artikolu 16(2) tal-kostituzzjoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li tipprojbixxi l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu lejn pajjiżi terzi, tali projbizzjoni hija applikabbli wkoll għaċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jirrisjedu fl-Istat Membru kkonċernat?
2)
L-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għandu jiċħad talba għal estradizzjoni li toriġina minn pajjiż terz u li tirrigwarda ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, sa fejn il-proċeduri kriminali li taw lok għat-talba għal estradizzjoni u d-deċiżjoni mogħtija fil-kontumaċja fil-pajjiż terz la kienu kompatibbli mal-prinċipji ta’ ordni pubbliku tal-Unjoni u lanqas mal-prinċipju tad-dritt għal smigħ xieraq?
3)
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew il-prinċipju ta’ “ne bis in idem” protett mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ewwel kundanna f’pajjiż terz segwita bl-għeluq tal-proċeduri minħabba nuqqas ta’ raġuni effettiva li tiġġustifika proċeduri sussegwenti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, tikkostitwixxi ostakolu għal proċeduri sussegwenti fil-pajjiż terz?
4)
Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għal waħda mill-ewwel tliet domandi, l-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“dritt għal-libertà”) għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin tal-Unjoni lanqas ma jista’ jinżamm f’kustodja għall-finijiet tal-estradizzjoni fil-każ li t-talba għal estradizzjoni tkun toriġina minn pajjiż terz?
Full & Egal Universal Law Academy