9.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/16
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-481/15)
(2015/C 371/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls, F. Wilman, aġenti)
Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet
—
tikkonstata li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 (1) kif ukoll taħt il-punti 4.1, 4.2, 7.5 u 14 tal-Anness II ta’ dan ir-regolament, sa fejn hija naqset milli tiżgura l-monitoraġġ regolari ta’ ċerti standards komuni bażiċi għas-sigurtà tal-avjazzjoni, sa fejn huwa neċessarju u bil-frekwenza meħtieġa, kif ukoll numri suffiċjenti ta’ kontrolli minn awdituri għall-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll tal-kwalità;
—
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li ġej:
L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 kif ukoll il-punti 4.1, 4.2, 7.5 u 14 tal-Anness II ta’ dan ir-regolament jobbligaw lil kull Stat Membru li jiżgura monitoraġġ regolari ta’ ċerti standards komuni bażiċi għas-sigurtà tal-avjazzjoni, sa fejn huwa neċessarju u bil-frekwenza meħtieġa, kif ukoll numri suffiċjenti ta’ kontrolli minn awdituri għall-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll tal-kwalità.
Fil-fehma tagħha, il-Ġermanja ma kkonformatx ma’ dan l-obbligu.
(1) Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 7, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy