16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Settembru 2015 – Autorità Garante della Concorrenza e del mercato vs Albini & Pitigliani SpA
(Kawża C-483/15)
(2015/C 381/24)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Autorità Garante della Concorrenza e del mercato
Konvenuta: Albini & Pitigliani SpA
Domanda preliminari
Il-prinċipju ta’ proporzjonalità li għandu jiggwida l-proċess ta’ kwantifikazzjoni tal-pieni – hekk kif affermat fl-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – jipprekludi interpretazzjoni tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (1), bħal dik stabbilita mill-Kummissjoni permezz tal-Linji gwida tagħha għall-kalkolu tal-multi (2006/C201/02) u l-applikazzjoni tagħha b’mod partikolari fuq il-livell nazzjonali, – interpretazzjoni li abbażi tagħha l-multa li għandha tiġi imposta fuq l-impriżi li kisru l-projbizzjoni ta’ akkordji li jirrestrinġu l-kompetizzjoni għandha tiġi kkalkolata billi jiġu applikati ċ-ċirkustanzi [attenwanti jew aggravanti] għall-ammont bażiku li jirriżulta mid-diversi fatturi kollha li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-UE u, f’kull każ, qabel it-tnaqqis ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ, bir-riskju li l-applikazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti għall-ammont bażiku tirriżulta kompletament inadatta sabiex tipproduċi l-effett ta’ personalizzazzjoni tal-multa li ċ-ċirkustanzi [attenwanti jew aggravanti] tagħha huma, għall-kuntrarju, stabbiliti minn qabel permezz tal-aġġustament tal-ammont tal-multa skont il-karatteristiċi speċifiċi tal-każ konkret?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, 8, Vol. 2, p. 205).
Full & Egal Universal Law Academy