14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Settembru 2015 – Aeroporto Valerio Catullo di Verona Villafranca SpA vs Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA)
(Kawża C-485/15)
(2015/C 414/19)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aeroporto Valerio Catullo di Verona Villafranca SpA
Konvenuta: Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA)
Domanda preliminari
Il-prinċipji tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ trasparenza, ta’ pubbliċità u ta’ kompetizzjoni jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik ikkostitwita mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tal-Liġi Nru 537/93, tal-Artikoli 6, 7, 8 u 17 tad-Digriet Ministerjali Nru 521/1997, tal-Artikolu 17 tad-Digriet Liġi Nru 67/97, tal-Artikolu 3(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 96/2005, tal-Artikolu 11 tad-Digriet Liġi Nru 216/2011 u tal-Artikolu 6 tad-Digriet Liġi Nru 78/2010, meħuda flimkien, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali jistgħu jippermettu li l-għoti ta’ konċessjoni ta’ erbgħin sena għal operazzjoni sħiħa ta’ ajruport isir billi jiġi evitat l-għoti permezz ta’ proċedura pubblika ta’ sejħa għal offerti?
Full & Egal Universal Law Academy