14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus miesto apylinkės teismas (il-Litwanja) fit-22 ta’ Settembru 2015 – W u V vs X
(Kawża C-499/15)
(2015/C 414/21)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Vilniaus miesto apylinkės teismas (qorti distrettwali ta’ Vilnius)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: W u V
Konvenuta: X
Domanda preliminari
Skont l-Artikoli 8 u 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (1), tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, liema Stat Membru (ir-Repubblika tal-Litwanja jew ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi) għandu ġurisdizzjoni fir-rigward tal-wild minuri V, li għandu r-residenza abitwali fil-Pajjiżi l-Baxxi, sabiex jieħu konjizzjoni ta’ talba għal bidla fir-residenza tiegħu u fl-obbligi ta’ manteniment u fid-dritt ta’ aċċess fir-rigward tiegħu?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.
Full & Egal Universal Law Academy