16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/24
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2015 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-561/13, Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-506/15 P)
(2015/C 381/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
f’kull każ, tilqa’ l-appell u tannulla parzjalment is-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T-561/13, EU:T:2015:496);
—
tannulla parzjalment id-Deċiżjoni kkontestata sa fejn din teskludi mill-ispejjeż magħmula mir-Renju ta’ Spanja fil-kuntest tal-għajnuna ICDN tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali 207-2013 ta’ Galicia, fl-ammont ta’ EUR 7 57 968,97, li jikkorrispondu għall-kunċett ta’ “żvantaġġi naturali” (miżuri 211 u 212);
—
f’kull każ, tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju: Permezz tal-ewwel aggravju tiegħu r-Renju ta’ Spanja jsostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma qajjmitx ex officio ksur tal-forom proċedurali sostanzjali sa fejn il-Kummissjoni Ewropea adottat id-deċiżjoni kkontestata lil hinn minn terminu raġonevoli.
It-tieni aggravju: Permezz tat-tieni aggravju tiegħu, l-appellant isostni li l-Qorti ġenerali wettqet żball ta’ liġi minħabba ksur tal-Artikoli 10 u 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 (1), tas-7 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali, u tal-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (2), tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa, meta qieset li dawn l-artikoli jimponu fuq l-awtoritajiet Spanjoli l-obbligu li jgħoddu l-annimali matul il-kontrolli fil-post.
(1) ĠU L 330M , 9.12.2008, p. 455
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243
Full & Egal Universal Law Academy