14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van Koophandel Gent (il-Belġju) fl-24 ta’ Settembru 2015 – Agro Foreign Trade & Agency Ltd vs Petersime NV
(Kawża C-507/15)
(2015/C 414/24)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van Koophandel Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agro Foreign Trade & Agency Ltd
Konvenuta: Petersime NV
Domanda preliminari
Sa fejn il-liġi Belġjana dwar l-aġenzija kummerċjali, li tittrasponi fid-dritt nazzjonali Belġjan id-Direttiva dwar l-aġenzija kummerċjali (1), tipprevedi li hija tapplika unikament għall-aġenti kummerċjali li jkollhom is-sede tagħhom fil-Belġju, filwaqt li hija ma tapplikax jekk prinċipal stabbilit fil-Belġju u aġent stabbilit fit-Turkija jkunu għażlu espressament id-dritt Belġjan bħala d-dritt applikabbli, din il-liġi Belġjana dwar l-aġenzija kummerċjali hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li l-għan espress tiegħu huwa l-adeżjoni tat-Turkija mal-Unjoni Ewropea jew mal-obbligi bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropea li bejniethom jitneħħew ir-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi?
(1) Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177).
Full & Egal Universal Law Academy