18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Settembru 2015 – Sidika Ucar vs Land Berlin
(Kawża C-508/15)
(2016/C 016/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sidika Ucar
Konvenut: Land Berlin
Domandi preliminari
1.
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija, tad-19 ta’ Settembru 1980, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni huma ssodisfatti wkoll jekk, qabel il-perijodu li fih il-membru tal-familja jkun irrisjeda tliet snin b’mod legali għand il-ħaddiem Tork li jagħmel parti mis-suq regolari tax-xogħol, kien hemm perijodu li fih il-ħaddiem oriġinarjament ammess kien telaq is-suq regolari tax-xogħol tal-Istat Membru wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-membru tal-familja li jingħaqad miegħu taħt din id-dispożizzjoni?
2.
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-estensjoni ta’ permess ta’ residenza għandha titqies li tikkostitwixxi l-awtorizzazzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni li persuna tingħaqad ma’ ħaddiem Tork li jagħmel parti mis-suq regolari tax-xogħol meta l-membru tal-familja kkonċernat ikun ilu jgħix mal-ħaddiem Tork mingħajr interruzzjoni minn meta jkun ġie awtorizzat jingħaqad mal-imsemmi ħaddiem Tork fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni iżda meta dan tal-aħħar, wara li jkun telaq is-suq regolari tax-xogħol tal-Istat Membru fil-frattemp, ikun jagħmel parti minnu mill-ġdid biss mid-data tal-estensjoni tal-permess?
Full & Egal Universal Law Academy