18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Settembru 2015 – Recep Kilic vs Land Berlin
(Kawża C-509/15)
(2016/C 016/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Recep Kilic
Konvenut: Land Berlin
Domanda preliminari
Jista’ wieħed jara awtorizzazzjoni għar-riunifikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija, tad-19 ta’ Settembru 1980, f’estensjoni tal-permess ta’ residenza tal-membru tal-familja awtorizzat jingħaqad mal-persuna oriġinarjament ammessa li ma kinitx tagħmel parti mis-suq tax-xogħol, li sseħħ f’mument li fih il-persuna oriġinarjament ammessa, li għandha l-membru tal-familja għandu r-residenza regolari tiegħu, saret ħaddiem?
Full & Egal Universal Law Academy