16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/25
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2015 minn Fapricela – Indústria de Trefilaria, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-398/10, Fapricela vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-510/15 P)
(2015/C 381/27)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Appellanti: Fapricela – Indústria de Trefilaria, SA (rappreżentanti: T. Caiado Guerreiro u R. Rodrigues Lopes, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
(i)
tikkorreġi l-volum tal-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-multa;
(ii)
tannulla parzjalment is-sentenza appellata sa fejn din tirreferi:
—
għall-volum tal-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni;
—
għall-oneru tal-prova fir-rigward tat-tul tal-parteċipazzjoni fl-akkordju;
—
għall-attribuzzjoni ta’ livell ta’ gravità ogħla meta mqabbel ma’ Fundia;
—
għall-attribuzzjoni ta’ ammont addizzjonali eċċessiv.
(iii)
tikkorreġi, b’mod konformi, l-ammont tal-multa, b’mod partikolari permezz:
—
tal-korrezzjoni tal-volum tal-bejgħ;
—
tal-korrezzjoni tat-tul tal-ksur;
—
tal-korrezzjoni tas-sena meħuda inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-multa;
—
tal-korrezzjoni tal-livell ta’ gravità tal-ksur, billi tattribwixxi livell ta’ gravità ta’ 16 % (indaqs għal dak attribwit lil Fundia);
—
tal-korrezzjoni tal-ammont addizzjonali.
(iv)
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
a)
Il-volum tal-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-multa u aċċettat mill-Qorti Ġenerali huwa vvizzjat bi żbalji evidenti, li jeħtieġu li jiġu korretti;
b)
Il-Qorti Ġenerali allokat b’mod indebitu l-oneru tal-prova u, f’dan is-sens, wettqet ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza fl-analiżi tal-fatti;
c)
Il-Qorti Ġenerali kisret id-dmir tagħha ta’ motivazzjoni, kif ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-kalkolu tal-multa, liema fatt irriżulta fid-determinazzjoni tal-livell eċċessiv ta’ gravità tal-ksur;
d)
Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità fid-determinazzjoni tal-ammont addizzjonali bħala effett dissważiv, b’effetti, b’mod partikolari, fuq il-proporzjonalità tal-multa.
Full & Egal Universal Law Academy