25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Prekršajni sud u Bjelovaru (il-Kroazja) fil-25 ta’ Settembru 2015 – Siniša Pušić vs Privredna banka Zagreb u Božo Prka
(Kawża C-512/15)
(2016/C 027/07)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Prekršajni sud u Bjelovaru
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Siniša Pušić
Konvenuti: Privredna banka Zagreb, Božo Prka
Domandi preliminari
1)
L-applikazzjoni retroattiva tal-liġi [dwar il-kreditu għall-konsum] tista’ tiġi interpretata u evalwata esklużivament skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, rispettivament tali applikazzjoni tal-liġi [dwar il-kreditu għall-konsum] hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008 (1), li l-paragrafu 1 tiegħu jgħid espressament li din d-direttiva ma tapplikax għal kuntratti ta’ kreditu konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li ttrasponiet id-direttiva fid-dritt nazzjonali?
2)
Fil-kuntest deskritt hawn fuq, id-dispożizzjoni tal-liġi kriminali tal-Artikolu 26(1)(28) tal-Liġi Kroata dwar il-kreditu għall-konsum tista’ tiġi interpretata, konformement mal-Artikolu 23 tad-direttiva u fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 30 tagħha, fis-sens li l-pieni previsti għall-ksur ta’ dispożizzjoni nazzjonali adottat abbażi tad-direttiva inkwistjoni ma jistgħux jiġu applikati għal ksur eventwali relatat ma’ kuntratti ta’ kreditu eżistenti fid-data tal-implementazzjoni tal-miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni?
(1) Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).
Full & Egal Universal Law Academy