14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja), fil-25 ta’ Settembru 2015, fil-proċeduri amministrattivi għal stħarriġ ta’ legalità bejn Agrodetalė UAB vs Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija
(Kawża C-513/15)
(2015/C 414/25)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Partijiet ikkonċernati: Agrodetalė UAB, Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru. 2003/37/KE (1), tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE, japplikaw għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni Ewropea u għar-reġistrazzjoni tal-karozzi użati jew second-hand prodotti barra mill-Unjoni, jew l-Istati Membri jistgħu jirregolaw permezz ta’ regoli nazzjonali speċjali r-reġistrazzjoni ta’ dawn il-vetturi fi Stat Membru u jistabbilixxu l-kundizzjonijiet applikabbli għar-reġistrazzjoni tagħhom (pereżempju, l-obbligu li jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/37/KE)?
2)
Huwa possibbli li l-Artikolu 23(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 2(q) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru. 2003/37/KE, tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE, jiġi interpretat fis-sens li jipprovdi li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva japplikaw għal makkinarju fil-kategoriji T1, T2 u T3 prodott wara l-1 ta’ Lulju 2009?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 31, p. 311.
Full & Egal Universal Law Academy