7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/22
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru minn Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals GmbH, Akzo Nobel Chemicals BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 2015 fil-Kawża T-47/10, Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals GmbH, Akzo Nobel Chemicals BV, Akcros Chemicals Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-516/15 P)
(2015/C 406/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals GmbH, Akzo Nobel Chemicals BV (rappreżentanti: C. Swaak, R. Wesseling, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Akcros Chemicals Ltd
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-47/10 sa fejn tistabilixxi li l-multi oriġinarjament imposti fuq Akzo Nobel Chemicals GmbH u Akzo Nobel Chemicals B.V. għas-sehem tagħhom fil-ksur, xorta waħda jistgħu jiġu attribwiti lil Akzo Nobel N.V. wara l-annullament ta’ dawk il-multi mill-Qorti Ġenerali; u
—
tannulla d-deċiżjoni tal-2009 sa fejn tistabilixxi s-sehem ta’ Akzo Nobel Chemicals GmbH u AkzoNobel Chemicals B.V. fil-ksur, u b’mod partikolari tal-Artikolu 1(1)(b) u l-Artikolu 1(2)(b); u
—
tannulla d-deċiżjoni tal-2009 sa fejn tattribwixxi r-responsabbiltà u/jew multa lil Akzo Nobel N.V. minħabba l-aġir illegali ta’ Akzo Nobel Chemicals GmbH u AkzoNobel Chemicals B.V, u b’mod partikolari tal-Artikolu 1(1)(a) għall-perijodu mill-24 ta’ Frar 1987 sat-28 ta’ Ġunju 1993 u tal-Artikolu 1(2)(a) mill-perijodu li jibda mill-11 ta’ Settembru 1991 sat-28 ta’ Ġunju 1993 u/jew tal-Artikolu 2(6) u (23); jew sussidjarjament
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-47/10 u tirreferi l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex hija tieħu d-deċiżjonijiet kollha neċessarji fuq il-mertu; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż ta’ dan l-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wetqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tar-regoli li jirrigwardaw ir-responsabbiltà tal-kumpanniji parent billi kkonkludiet li r-responsabbiltà għall-multi oriġinarjament imposti fuq is-sussidjarji, iżda annullati mill-Qorti Ġenerali, xorta waħda jistgħu jiġu attribwiti lil Akzo Nobel N.V.
F’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża preżenti li fiha r-responsabbiltà tal-kumpannija parent hija purament derivattiva minn dik tas-sussidjarji tagħha, ir-responsabbiltà ta’ dik il-kumpannija parent ma tistax teċċeddi r-responsabbiltà tas-sussidjarji. Minn dan jirriżulta li, l-annullament tal-multi imposti fuq Akzo Nobel Chemicals GmbH u Akzo Nobel Chemicals B.V. kellu jwassal għall-annullament tal-multa imposta fuq Akzo Nobel N.V.
Dan huwa iktar rilevanti f’dan il-każ fejn l-annullament tal-multi imposti fuq Akzo Nobel Chemicals GmbH u Akzo Nobel Chemicals B.V. kellu jwassal ukoll għall-annullament tad-deċiżjoni fl-intier tagħha fir-rigward taż-żewġ entitajiet legali.
Fl-2011, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża ArcelorMittal, il-Kummissjoni kellha tiffaċċja l-fatt li poter tagħha li timponi multi fuq Elementis u Ciba/BASF kien preskritt. Sussegwnetement, il-Kummissjoni ddeċidiet li tħassar id-deċiżjoni tagħha tal-2009 sa fejn din kienet tindirizza kwalunkwe waħda mill-entitajiet legali ta’ dawn il-gruppi ta’ kumpanniji.
Fl-eventwalità li l-Kummissjoni kellha tieħu l-istess approċċ fir-rigward ta’ Akzo Nobel Chemicals GmbH u Akzo Nobel Chemicals B.V., li kienu fl-istess pożizzjoni, il-Kummissjoni kienet tħassar id-deċiżjoni tagħha li biha ddeċidiet li dawn l-entitajiet ħadu sehem fil-ksur fl-ewwel lok. Jekk dawn l-istess sitwazzjonijiet kellhom jiġu ttrattati bl-istess mod, il-kwistjoni tal-attribuzzjoni tar-responsabbiltà ma kinitx tqum peress li ma kienx ikun hemm il-ħtieġa jew il-bażi legali għall-attribuzzjoni ta’ xi responsabbiltà għal multa lil Akzo Nobel N.V. fl-ewwel lok.
Full & Egal Universal Law Academy