14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bergamo (l-Italja) fl-1 ta’ Ottubru 2015 – proċeduri kriminali kontra Menci Luca
(Kawża C-524/15)
(2015/C 414/27)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Bergamo
Parti fil-kawża prinċipali
Menci Luca
Domanda preliminari
L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tal-ġurisprudenza relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, tipprekludi l-possibbiltà ta’ proċeduri kriminali rigward fatt (in-nuqqas ta’ ħlas tal-VAT) li għalih il-persuna suġġetta għal proċeduri kriminali diġà ġiet imposta fuqha sanzjoni amministrattiva definittiva?
Full & Egal Universal Law Academy