14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Álava (Spanja) fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Laboral Kutxa vs Esmeralda Martínez Quesada
(Kawża C-525/15)
(2015/C 414/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Álava
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Laboral Kutxa
Konvenuta: Esmeralda Martínez Quesada
Domanda preliminari
Il-limitazzjoni tal-konsegwenzi tal-ineffettività ta’ klawżola minħabba n-natura abbużiva tagħha, li tirrestrinġi l-effetti tar-restituzzjoni tas-sommom irċevuti indebitament billi tapplikaha minn data minflok milli tapplikaha mill-mument li l-klawżola inġusta u nulla ġiet applikata, hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ natura mhux vinkolanti stabbilit fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288
Full & Egal Universal Law Academy