25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Stichting Brein vs Jack Frederik Wullems, li jaġixxi taħt l-isem ta’ Filmspeler
(Kawża C-527/15)
(2016/C 027/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Midden-Nederland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stichting Brein
Konvenuta: Jack Frederik Wullems, li jaġixxi taħt l-isem ta’ Filmspeler
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur (Direttiva 2001/29/KE) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm “komunikazzjoni lill-pubbliku” skont it-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni, meta persuna tbiegħ prodott (mediaplayer) li fih jkun ġew installati add-ons li jinkludu hyperlinks għall-siti tal-internet li permezz tagħhom jingħata access dirett għal xogħolijiet koperti mid-dritt tal-awtur, bħal films, serji u xandiriet diretti, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur?
2)
Għandu xi effett
—
il-fatt li x-xogħolijiet koperti mid-drittijiet tal-awtur ikkunsidrati flimkien ma kinux ġew preċedentement ippubblikati fuq l-internet jew ġew hekk ippubblikati biss permezz ta’ abbonamenti bl-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur?
—
il-fatt li l-add-ons li jinkludu hyperlinks għall-siti tal-internet li permezz tagħhom jingħata access dirett għal xogħolijiet koperti mid-dritt tal-awtur huma disponibbli mingħajr ħlas u jistgħu wkoll jiġu installati fil-mediaplayer mill-utenti stess?
—
il-fatt li s-siti tal-internet u b’hekk ukoll ix-xogħolijiet koperti mid-drittijiet tal-awtur li għalihom jingħata aċċess permezz tagħhom – mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur – huma aċċessibbli pubblikament mingħajr il-mediaplayer?
3)
L-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur (Direttiva 2001/29/KE) għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li ma jkunx hemm “użu legali” fis-sens tal-Artikolu 5(1)(b) ta’ dik id-direttiva jekk issir riproduzzjoni temporanja mill-utenti finali matul l-istreaming ta’ xogħol kopert mid-drittijiet tal-awtur minn sit tal-internet terz li fih dak ix-xogħol kopert mid-drittijiet tal-awtur huwa offrut mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur/i tad-drittijiet tal-awtur?
4)
F’każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, ir-riproduzzjoni temporanja nnifisha mill-utent finali matul l-istreaming ta’ xogħol kopert mid-drittijiet tal-awtur minn sit tal-internet li fih dan ix-xogħol kopert mid-drittijiet tal-awtur huwa offrut mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur/i tad-drittijiet tal-awtur, hija b’hekk kuntrarja għat-“test fi tlett stadji” li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur (Direttiva 2001/29/KE)?
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230)
Full & Egal Universal Law Academy