21.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 429/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Zaragoza (Spanja) fid-9 ta’ Ottubru 2015 – Eurosaneamientos SL et vs ArcelorMittal Zaragoza, SA
(Kawża C-532/15)
(2015/C 429/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Zaragoza.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eurosaneamientos SL, Entidad Urbanística Conservación Parque Tecnológico de reciclado López Soriano, UTE PTR Acciona Infraestructuras SA
Konvenuta: ArcelorMittal Zaragoza SA
Domandi preliminari
1)
Regola legali stabbilita mill-Istat li, filwaqt li tistabbilixxi permezz ta’ leġiżlazzjoni l-ammont preċiż u obbligatorju tad-drittijiet tal-prokuraturi legali u filwaqt li tagħti kompetenza, b’mod partikolari fil-każ ta’ kundanna għall-ispejjeż, lill-korpi ġudizzjarji sabiex jistħarrġu ulterjorment u każ b’każ l-applikazzjoni ta’ din ir-regoli għall-finijiet tal-istabbiliment tal-imsemmija drittijiet, tipprevedi l-kontroll mill-Istat tal-iffissar tad-drittijiet tal-prokuraturi legali, mingħajr ma huwa possibbli li, f’ċirkustanzi eċċezzjonali u permezz ta’ deċiżjoni debitament motivata, issir deroga mil-limiti stabbiliti fl-imsemmija regola legali stabbilita mill-Istat, hija konformi mal-Artikolu 4(3) [TUE] u mal-Artikolu 101 TFUE?
2)
Fil-każijiet fejn jeżisti qafas leġiżlattiv stabbilit mill-Istat li jistabbilixxi d-dritt li għandu jitħallas għal servizz u li jinkludi dikjarazzjoni impliċita, fl-assenza ta’ dispożizzjoni espliċita fir-regola ta’ traspożizzjoni, fir-rigward tal-eżistenza ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, minkejja li l-eżami ta’ din ir-raġuni fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Unjoni ma jippermettix li tiġi kkonstatata tali raġuni, id-delimitazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja bejn il-kunċetti ta’ “raġunijiet aktar importanti fir-rigward ta’ l-interess pubbliku [raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali]”, “proporzjonalità” u “bżonn” li jinsabu fl-Artikoli [4] u [15] tad-Direttiva dwar is-servizz fis-suq intern (1), tippermetti lill-qrati nazzjonali jikkonstataw, f’każ partikolari, limitazzjoni li ma tkunx iġġustifikata mill-interess ġenerali, u, għaldaqstant, ma japplikawx il-leġiżlazzjoni dwar ir-remunerazzjoni tal-prokuraturi legali jew japplikawha b’mod aġġustat?
3)
L-adozzjoni ta’ regola legali li jkollha dawn il-karatteristiċi tista’ tkun kuntrarja għad-dritt għal smigħ xieraq fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?
(1) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).
Full & Egal Universal Law Academy