8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Ottubru 2015 – Feliks Frisman vs Finnair Oyj
(Kawża C-533/15)
(2016/C 048/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Feliks Frisman
Konvenuta: Finnair Oyj
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt” tirreferi wkoll għal dritt għall-ħlas ta’ kumpens fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, ta’ passiġġier kontra trasportatur tal-ajru effettiv li ma huwiex il-parti kontraenti tiegħu?
2)
Sa fejn l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 huwa applikabbli:
Meta trasport ta’ persuni huwa konnessjoni tal-ajru kkostitwita minn diversi titjiriet u ma jinkludix waqfa kunsiderevoli fl-ajruporti ta’ tranżitu, il-post ta’ tluq tal-ewwel parti tal-vjaġġ għandu wkoll jiġi kkunsidrat bħala l-post ta’ eżekuzzjoni fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, jekk il-konnessjoni tal-ajru kienet twettqet minn trasportaturi tal-ajru differenti u jekk ir-rikors huwa ppreżentat kontra t-trasportatur tal-ajru li wettaq parti oħra tal-vjaġġ, li fiha seħħ dewmien sinjifikattiv?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.
Full & Egal Universal Law Academy