18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Satu Mare (ir-Rumanija) fit-12 ta’ Ottubru 2015 – Pavel Dumitraș, Mioara Dumitraș vs BRD Groupe Société Générale – sucursala Satu Mare
(Kawża C-534/15)
(2016/C 016/21)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Judecătoria Satu Mare
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pavel Dumitraș, Mioara Dumitraș
Konvenuta: BRD Groupe Société Générale – sucursala Satu Mare
Domandi preliminari
1)
F’dak li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “konsumatur”, l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/143/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi jew, għall-kuntrarju, fis-sens li dan jeskludi minn din id-definizzjoni l-persuni fiżiċi li, bħala garanti, iffirmaw atti addizzjonali u kuntratti anċillari (kuntratti ta’ garanzija jew ta’ garanzija immobiljari) għall-kuntratt ta’ kreditu konkluż minn kumpannija kummerċjali għall-eżerċizzju tal-attività tagħha, fil-kundizzjonijiet fejn dawn il-persuni fiżiċi ma għandhom ebda rabta mal-attività tal-imsemmija kumpannija kummerċjali u aġixxew b’għan li ma huwiex relatat mal-attività professjonali tagħhom, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li r-rikorrenti inizjalment kienu persuni fiżiċi garanti ta’ kuntratt ta’ self konkluż mal-konvenuta kreditriċi, flimkien mad-debitriċi prinċipali, li hija persuna ġuridika, li l-amministratur tagħha kien ir-rikorrent, iżda li l-kuntratt inkwistjoni ġie emendat sussegwentement, u li l-ex debitriċi li tagħha r-rikorrent kien l-amministratur ittrasferixxiet id-dejn permezz ta’ novazzjoni, bil-qbil tal-konvenuta kreditriċi, lil persuna ġuridika oħra, li tagħha la r-rikorrent u lanqas ir-rikorrenti ma huma amministraturi, iżda li dawn tal-aħħar impenjaw ruħhom għall-benefiċċċju tad-debitriċi l-ġdida, li hija persuna ġuridika, bħala garanti tal-obbligu ttrasferit permezz ta’ novazzjoni lil din id-debitriċi l-ġdida?
2)
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 93/13/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li huma biss il-kuntratti konklużi bejn negozjanti u konsumaturi li għandhom bħala għan il-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, jew tabilħaqq fis-sens li l-kuntratti anċillari (kuntratti ta’ garanzija) għal kuntratt ta’ kreditu li l-benefiċjarju tagħhom hija kumpannija kummerċjali, konklużi mill-persuni fiżiċi li ma għandhom ebda rabta mal-attività tal-imsemmija kumpannija kummerċjali u li aġixxew b’għan li ma huwiex relatat mal-attività professjonali tagħhom, jaqgħu ukoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li r-rikorrenti inizjalment kienu persuni fiżiċi garanti ta’ kuntratt ta’ self konkluż mal-konvenuta kreditriċi, flimkien mad-debitriċi prinċipali, li hija persuna ġuridika, li l-amministratur tagħha kien ir-rikorrent, iżda li l-kuntratt inkwistjoni ġie emendat sussegwentement, u li l-ex debitriċi li tagħha r-rikorrent kien l-amministratur ittrasferixxiet id-dejn permezz ta’ novazzjoni, bil-qbil tal-konvenuta debitriċi, lil persuna ġuridika oħra, li tagħha la r-rikorrent u lanqas ir-rikorrenti ma huma amministraturi, iżda li dawn tal-aħħar impenjaw ruħhom għall-benefiċċċju tad-debitriċi l-ġdida, li hija persuna ġuridika, bħala garanti tal-obbligu ttrasferit permezz ta’ novazzjoni lil din id-debitriċi l-ġdida?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
Full & Egal Universal Law Academy