11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Ottubru 2015 – Freie und Hansestadt Hamburg vs Jost Pinckernelle
(Kawża C-535/15)
(2016/C 007/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Freie und Hansestadt Hamburg
Konvenut: Jost Pinckernelle
Parti oħra: Der Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht
Domanda preliminari
L-Artikolu 5 tar-Regolament REACH (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla għall-Artikoli 6, 7, 21 u 23 ta’ dan ir-regolament, sustanzi ma jistgħux jiġu esportati barra mit-territorju tal-Unjoni jekk dawn ma jkunux ġew irreġistrati konformement mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Titolu II tal-istess regolament, fejn dan huwa meħtieġ?
(1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/830, tat-28 ta’ Mejju 2015 (ĠU L 132, p. 8).
Full & Egal Universal Law Academy