25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Ottubru 2015 – Daniel Bowman vs Pensionsversicherungsanstalt
(Kawża C-539/15)
(2016/C 027/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Daniel Bowman.
Konvenuta: Pensionsversicherungsanstalt
Domanda preliminari
1.
L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1) u (2) u mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 (1) u flimkien mal-Artikolu 28 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens:
a)
li regola inkluża fi ftehim kollettiv li, għall-perijodi ta’ attività mwettqa fil-bidu tal-karriera, tipprevedi terminu ta’ avvanz itwal u tagħmel għalhekk l-avvanz fl-iskala sussegwenti iktar diffiċli, tinkludi differenza fit-trattament indiretta bbażata fuq l-età?
b)
jekk ir-risposta hija affermattiva, tali regola hija xierqa u neċessarja minħabba, b’mod partikolari, l-esperjenza professjonali limitata miksuba fil-bidu tal-karriera?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).
Full & Egal Universal Law Academy