18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fis-16 ta’ Ottubru 2015 – proċeduri kriminali kontra Angela Manzo
(Kawża C-542/15)
(2016/C 016/22)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Santa Maria Capua Vetere
Partijiet fil-kawża prinċipali
Angela Manzo
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 49 u [56] [TFUE] kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-logħob tal-ażżard li, għall-ħruġ ta’ konċessjonijiet, timplementa proċedura ta’ sejħa għal offerti ġdida (irregolata mill-Artikolu [10(9)]g tal-Liġi Nruo44 tas-26 ta’ April 2012) li, mingħajr ma tipprovdi f’dan ir-rigward għal kriterji oħra ħlief għal żewġ referenzi bankarji li ġejjin minn żewġ stabbilimenti finanzjarji differenti, tinkludi klawżola ta’ esklużjoni minħabba fin-nuqqas tar-rekwiżit tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja?
2)
L-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-logħob tal-ażżard li, għall-ħruġ ta’ konċessjonijiet, timplementa proċedura ta’ sejħa għal offerti ġdida (irregolata mill-Artikolu [10(9)]g tal-Liġi Nruo44 tas-26 ta’ April 2012) li, mingħajr ma tipprovdi f’dan ir-rigward għal dokumenti jew għażliet oħra, kif tagħmel il-leġiżlazzjoni [sopra]nazzjonali, [tinkludi klawżola ta’ eskużjoni minħabba fin-nuqqas tar-rekwiżit] tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja?
3)
L-Artikoli 49 u [56] [TFUE] jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi fil-fatt kull attività transkonfinali fis-settur tal-logħob, indipendentement mill-forma li biha tiġi eżerċitata din l-attività u, b’mod partikolari (skont it-termini tas-sentenza Biasci et, C-660/11 u C-8/12, EU:C:2013:550), fil-każ fejn l-intermedjarji tal-impriża preżenti fit-territorju nazzjonali jistgħu jkunu suġġetti għal kontroll fiżiku għall-finijiet ta’ sigurtà pubblika?
(1) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
Full & Egal Universal Law Academy