18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/19
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-545/15)
(2016/C 016/24)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Heller, K. Herrmann u E. Sanfrutos Cano, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma adottatx u billi ma daħħlitx fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 24(1) tal-imsemmija direttiva;
—
timponi fuq ir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 71 610 għal kull ġurnata mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tikkomunika l-miżura ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2012/19/UE;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2012/19/UE skada fl-14 ta’ Frar 2014.
(1) ĠU L 197, p. 38.
Full & Egal Universal Law Academy