11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/10
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-546/15)
(2016/C 007/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes, M. Heller, E. Sanfrutos Cano, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tikkonstata li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (1), sa fejn ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva u/jew sa fejn ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni;
—
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-pagament ta’ penalità ta’ EUR 210 078 kull jum mill-jum tal-għoti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas, li għandu jsir fuq il-kont tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni;
—
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż tal-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fl-14 ta’ Frar 2014.
(1) ĠU L 197, p. 38.
Full & Egal Universal Law Academy