25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fl-20 ta’ Ottubru 2015 – Interservice d.o.o. Koper vs Sándor Horváth
(Kawża C-547/15)
(2016/C 027/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Interservice d.o.o. Koper
Konvenuta: Sándor Horváth
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 96(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1) li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jitqies li huwa trasportatur ta’ merkanzija mhux biss kull persuna li tikkonkludi kuntratt ta’ trasport għall-merkanzija kkonċernata mal-bejjiegħ (trasportatur kontraenti jew prinċipal) iżda wkoll kull persuna li twettaq it-trasport totalment jew parzjalment bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ trasport ieħor, konkluż mat-trasportatur kontraenti jew prinċipal (sotto trasportatur)?
2)
Fil-każ li l-ewwel domanda preliminari tingħata risposta affermattiva, l-Artikolu 96(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li f’kull sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, din id-dispożizzjoni timponi fuq is-sotto trasportatur l-obbligu li, qabel ma jkompli t-trasport tal-merkanzija, jiżgura ruħu debitament li t-trasportatur prinċipal jkun tabilħaqq ippreżenta din il-merkanzija fl-uffiċju doganali tad-destinazzjoni b’mod konformi mal-modalitajiet preskritti?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).
Full & Egal Universal Law Academy